Sports Internazzjonali
Ice Cross: L-Awstrijakk Marco Dallago jirbaħ il-kampjonat dinji għat-tmien darba

L-ex champion tad-dinja Marco Dallago tal-Awstrija għeleb lil ħuh iż-żgħir Luca fil-finali tal-ewwel rawnd tal-kampjonati dinjija tal-Ice Cros li saru f’Judenburd, fl-Awstrija.

Dallago ta’ 29 sena telaq fuq quddiem f’din il-finali flimkien ma’ Michael Urban tar-Repubblika Ċeka iżda f’nofs it-tellieqa rnexxielu jieħu l-kmand u wera superjorità assoluta.

Huh Luca Dallago qabeż ukoll lil Urban fl-aħħar dawra iżda ma rnexxielu jaqbeż lil ħuh.

Din kienet it-tmien rebħa fil-karriera għal Marco Dallago.

Fir-raba’ post daħal ir-Russu German Titov filwaqt li ċ-champion renjanti Cameron Naasz tal-Istati Uniti ma kkompetix fl-edizzjoni ta’ din is-sena.

It-tieni rawnd tal-Kampjonat Dinji tal-Ice Cross isir fi Pra-Loup, fl-Alpi ta’ Franza, fil-11 ta’ Jannar.

Miktub minn...
TVM Sport