Atletika
Id-deċiżjoni dwar il-maratona ta’ Londra għas-7 ta’ Awwissu

Id-deċżjoni dwar jekk hux se tkun qed issir il-maratona ta’ Londra jew le għad trid tittieħed fis-7 ta’ Awwissu hekk kif illum baqa’ ma ntlaħaqx ftehim.

Din l-aħbar tawha l-organizzaturi tal-maratona dalgħodu.

L-avveniment kellu jsir fis-26 ta’ April u ġie pospost fl-4 ta’ Ottubru li għadda minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Id-Direttur tal-avveniment Hugh Brasher, bagħat ittra lill-parteċianti kollha fejn spejaglhom li d-deċiżjoni finali għadha ma tteħditx minħabba bżonn ta’ aktar konsultazzjoni.

Il-maratona ta’ Londra jkollha madwar 40,000 atleta jipparteċipaw u din is-sena kien se jkollha fiha lill-aktar żewġ maratonisti veloċi fid-dinja, Eliud Kipchoge u Kenenisa Bekele.

Miktub minn...
TVM Sport