Futbol internazzjonali
Id-destinazzjoni li jmiss għal Ibrahimovic……żgur mhux fil-baseball !!

L-Attakant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ħabbar fuq l-mezzi tal-midja soċjali li se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu fl-Istati Uniti ma’ La Galaxy. Ibrahimovic irringrazzja lil kull min kien parti minn din l-avventura għaliex fi kliemu stess LA Galaxy reġgħu tawh l-ħajja. F’messaġġ dirett lis-supporters tal-La Galaxy huwa stqarr hekk: “riedtu lil Zlatan u tajtkom lil Zlatan”. Huwa temm l-messaġġ tiegħu b’messaġġ sarkastiku fejn qal lis-sapporters sabiex issa jerġgħu jibdew imorru jaraw l-baseball minflok l-futbol.

Id-destinazzjoni ta’ Zlatan Ibrahimovic għadha mhix magħrufa b’diversi media internazzjonali tirraporta li jista’ jerġa’ jirritorna fl-Italja fejn hemm interess minn Milan, Napoli u Bologna.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Barcelona 1   Espanyol 0 Gowl ta’ Luis Suarez fit-tieni taqsima kien biżżejjed biex Barcelona żammew il-pressjoni fuq Real Madrid fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika filwaqt li Espanyol in-naħa l-oħra spiċċaw relegati….

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Sampdoria 0 Atalanta kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex għelbu lil Sampdoria 2-0 u b’hekk qabżu lil Inter fil-klassifika tas-Serie A. Kien Toloi li fetaħ l-iskor fil-75 minuta u…

Futbol internazzjonali

Brighton & Hove Albion 1   Liverpool 3 Rebħa oħra għar-Reds ta’ Jurgen Klopp, din id-darba kontra Brighton & Hove Albion biex ħadu t-tletin rebħa tal-istaġun minn 34 logħba. Liverpool fetħu…

Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Aktar