Id-difensur internazzjonali Steve Borg uffiċjalment maċ-Ċiprijotti Aris Limassol FC

Fuq Facebook id-difensur internazzjonali Malti ex Mosta u Valletta Steve Borg ħabbar li ssieħeb uffiċjalment lil club Ċiprijott ta’ Aris Limassol FC.

Huwa rringrazzja lil ex team tiegħu Valletta FC u persuni oħra li bis-saħħa tagħhom din il-ħolma li jilgħab barra l-pajjiż setgħet issir realta.

Steve Borg sar it-tieni Malti fl-ogħla diviżjoni Ċiprijotta fil-preżent, wara Andre Schembri li jilgħab fil-kapitali ma’ Omonia Nicosia.

Miktub minn...
Rodney Vassallo