Futbol lokali
Iġbed… Itlaq ! Tedesco ma jaqbilx mal-proġett tekniku ta’ Valletta u jitlaq

Wara li l-ġimgħa l-oħra l-kowċ taljan Giovanni Tedesco kellu l-kuntratt tiegħu mġedded b’sena illum l-istess Tedesco kkonferma li uffiċjalment m’għadux kowċ ta’ Valletta.

Tedesco qal li filwaqt li jirringrazzja l-President Sciriha tal-fiduċja li wera’ fih hu ma kienx qed jaqbel mal-proġett tekniku tal-Club u għaldaqstant iddeċida li jieħu pass lura u jirrinunzja mill-kuntratt li kien offrut għal staġun ieħor.

Minn informazzjoni li għandu TVM Sport jidher li minkejja li Tedesco kien kuntent li jaħdem ma’ Gilbert Agius bħala assistant coach mhux l-istess kien se jiġri b’xi persuni tekniċi li kienu se jkunu impjegati biex jiffurmaw parti mill-coaching staff tiegħu.

Valletta għadhom kif ħatru lil Drasko Braunovic bħala Direttur Tekniku li issa se tkun qed taqa’ f’idejh ir-responsabilita’ tal-għażla tal-kowċ ġdid ta’ Valletta.

Miktub minn...
TVM Sport
.