Sports Internazzjonali
Casillas qed jirkupra l-isptar wara li tah attakk f’qalbu

Il-Kommunita’ tal-Football internazzjonali tinsab maħsuda bl-aħbar  li l-gowlkeeper Spanjol Iker Casillas iddaħħal l-isptar wara li sofra minn ta’ attakk ta’ qalb waqt li kien waqt sessjoni ta’ taħriġ ma’ Porto.

Il-goalkeeper għandu 38 sena u ilu ma’ Porto mill-istaġun 2015/16. Il-Media Spanjola qed tirraporta li hu jinsab f’kundizzjoni stabbli u l-familja talbet sabiex tinżamm kemm jista’ jkun il-privatezza f’dan il-mument delikat.

Intant filgħaxija l-familja ċċirkolat ritratt ta’ Casillas fl-isptar fejn qed jirkupra.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Skont il-magazine Forbes, Lionel Messi hu l-aktar sportiv li qala’ flus tul is-sena li għaddiet. Messi, li skurja 36 gowl u għen lil Barcelona jirbħu l-kampjonat, matul is-sena li għaddiet…

Sports Internazzjonali

Danilo Petrucci rebaħ għall-ewwel darba tiġrija tal-Moto GP quddiem il-pubbliku tiegħu stess dan wara li kiseb l-ewwel post fil-Grand Prix ta’ Mugello. Is-sewwieq ta’ 28 sena li beda mit-tielet post…

Sports Internazzjonali

Andy Ruiz Jr. għeleb lill-Brittaniku Anthony Joshua sabiex sar l-ewwel boxer Messikan li rebaħ it-titlu dinji tal-heavyweight. Joshua li kellu t-titlu f’idejh u sa’ qabel din il-ġlieda fejn kien għadu…

Sports Internazzjonali

Wara l-ewwel jumejn ta’ kompetizzjonijiet, il-parteċipanti Maltin irnexxilhom jirbħu b’kollox 14-il midalja. Dawn huma 2 deheb, 5 fidda u 7 bronż. Il-midalji tad-deheb intrebħu fl-atletika, filwaqt li l-fidda ntrebħu 4…

Aktar