Atletika
Ikkanċellata l-maratona ta’ Boston

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba mill-1897, din il-maratona ser ikollha tiġi kkanċellata minħabba s-sitwazzjoni fid-dinja bħalissa. Il-maratona ta’ Boston tiġbed lejha mat-30,000 atleta minn madwar id-dinja u fis-sitwazzjoni preżenti prattikament hija impossibbli li din issir xorta waħda.

Skont is-Sindku ta’ Boston Marty Walsh, din is-sena l-maratona mhux ser issir minħabba l-pandemija, u għalkemm għamlu dak kollu possibbli sabiex il-maratona tiġi organizzata f’Settembru, il-pjanijiet kellhom jitħassru minħabba l-miżuri differenti li qed jittieħdu minn pajjiżi differenti.

Il-maratona fuq distanza ta’ 42 kilometru li titlaq mis-subborg ta’ Hopkinton u tibqa’ sejra sa Boston hija l-ewwel minn sitt maratoni kbar li ġew ikkanċellati din is-sena. Il-maratona ta’ Tokjo kienet laħqet saret fl-1 ta’ Marzu li għadda, filwaqt li dik ta’ Londra kienet posposta mis-26 t’April għall-4 t’Ottubru li ġej. Il-maratona ta’ Berlin, għalkemm mhijiex ser issir f’Settembru, s’issa għadu ma ġiex deċiż jekk hux ser tkun posposta jew ikkanċellata. Il-maratoni ta’ Chicago u New York s’issa ma ħarġet l-ebda aħbar dwarhom, żewġ maratoni li s-soltu jsiru f’Ottubru u Novembru rispettivament.

Il-maratona ta’ Boston issa hija skedata għad-19 t’April 2021, bit-tama li din tkun tista’ ssir bla problemi ta’ xejn.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-maratona ta’ New York ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-COVID-19. L-avveniment tal-maratona ta’ New York hu wieħed mill-avvenimenti ta’ prestiġju fil-kalendarju tal-atletika. L-NYRR, flimkien mal-uffiċju tas-Sindku, qalu li l-maratona ġiet ikkanċellata…

Atletika

Wara waqfa ta’ erba’ xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic  Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju. Dan permezz ta’ programm…

Atletika

L-atleta Etijopjan Mo Farah, ikkonferma li se jkun qed jirritorna bil-kbir biex jikser ir-rekord dinji tal-irġiel tal-10,000 metru. Farah se jkun qed jirritorna fl-4 ta’ Settembru fit-tellieqa ta’ Brussel. Hu…

Aktar