Futbol internazzjonali
Ikkonfermat it-transfer ta’ Ramsey ma’ Juventus

Il-midfielder ta’ Arsenal Aaron Ramsey ser jitlaq lill-Gunners wara ħdax il-staġun mat-tim minn Londra. Dan ikkonfermawh l-bieraħ il-klabb tas-Serie A Juventus hekk kif Ramsey iffirma kuntratt ta’ erba snin mal-klabb minn Turin. Il-player ta’ 28 sena ser jingħaqad mal-Bianconeri f’Lulju li ġej fejn ser isir it-tielet player minn Wales li ser ikun qed jilgħab magħhom wara l-leġġendarju John Charles u Ian Rush. Ramsey s’issa lagħab 256 darba ma’ Arsenal minn mindu ngħaqad minn ma’ Cardiff fl-2008 iżda naqas li jiffirma kuntratt ġdid mal-Gunners. Huwa ser ikun qed jirċievi salarju ta €350,000 fil-ġimgħa.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League Rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-gruppi Torino qed jirriskjaw li jiġu eliminati mill-UEFA Europa League meta b’mod sorprendenti tilfu f’darhom kontra Wolves bl-iskor ta’ 3-2. Kienet l-iktar partita mistennija…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Aktar