X

FILMAT: Ikompli l-mument pożittiv ta’ Gudja

Story Published

GUDJA UTD. ……4

SENGLEA A. …….1

Gudja approfittaw tajjeb mill-fatt li kienu qed jilgħabu b’żewġ plejers aktar u ġabru t-tlett punti mportanti biex telgħu punt taħt Balzan.

Fl-24 minuta azzjoni ta’ Marukawa javvanza viċin il-lasti ta’ Gudja x-xutt tiegħu li ġie ddevjat għal corner .Senglea lagħbu l-ballun tajjeb lejn l-istess Marukawa jilgħab għal foul biex mill-freekick jinkariga minnu Gonzalo Nicholas Virano li b’xutt dirett jitfa’ wara Jonathan Debono.

Reazzjoni ta’ Gudja United fit-32 minuta x-xutt mid-distanza ta’ Jimenez ballun ċentimetri fuq il-mimduda. Fit-42minuta Gudja ġew mogħtija corner li mill-corner Mirko Todorovic plejer ta’ Senglea deher żamm il-plejer avversarju fil-kaxxa biex ir-referee wera l-karta l-ħamra wara żewġ sofor. Gudja United f’mument tajjeb qabel il-mistrieħ ġew mogħtija l-penalty li mill-ħdax il metru Allan Ricardo Miranda ġab il-gowl ta draw.

Fit-58 minuta kienu Senglea xutt mid-distanza ta’ Jan Tanti ballun li ħabat mal-lasta u barra. Fit-63 minuta Senglea spiċċaw jilgħabu b’9 plejers meta Marcelo Dias rċieva ukoll il-ħamra fuq tnejn sofor. Gudja marru fil-vantaġġ fit-72 minuta meta kien Gabriel Mensah li approfitta minn viċin il-lasti ta’ Senglea u xutt fil-baxx ma falliex. Gudja United għamluhom 3-1 fis-77 minuta minn azzjoni viċin il-lasti ta Senglea pass lejn is-sostitut James Brincat dan għola perfett u b’daqqa ta ras tefa fix-xibka.

Gudja baqgħu jafsu u reġa kien James Brincat li ħarab bil-ballun wiċċ imb’wicc mal-GK pero kien il-plejer ta Senglea Dejan Debono sfortunat baqa dieħel fix-xibka tiegħu stess.

Referee tal-partita: Matthew Degabriele

BOV Player tal-Logħba: Gabriel Mensah Plejer ta’ Gudja United