Olimpjadi tax-Xitwa - BEIJING 2022
Ikomplu jsiru t-test events f’Beijing qabel l-Olimpjadi tax-Xitwa

Sar test event f’Beijing bi preparament għall-Olimpjadi tax-Xitwa tas-sena d-dieħla. Numru ta’ figure skaters ipparteċipaw f’din l-attività fl-Istadium magħluq f’Beijing fejn ser isir ukoll l-Open Ażjatiku bi preparament għas-sena li ġejja.

B’kollox ser isiru tmien test event f’ċentri differenti sa tmiem din is-sena, u f’dan l-istadium magħluq, minbarra l-figure skating ser isiru wkoll ix-short track speed skating.

Għall-attività tal-bieraħ m’attendew l-ebda membri tal-pubbliku, u l-organizzaturi qed jgħidu li f’dawn l-attivitajiet mhux ser jitħallew jidħlu nies bħala miżura mitiganti minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

L-Olimpjadi tax-Xitwa mistennija jibdew fl-4 ta’ Frar li ġej u Beijing ser tkun l-ewwel belt kapitali li tkun ospitat l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA