Motorsport
Ikomplu l-Kampjonati Nazzjonali tal-ASMK

Motorsport – L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi nhar is-Sibt 23 ta’ Ġunju ser tkompli l-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Il-programm isir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali u jibda fit-8:00pm.

Il-Ħadd imbagħad l-Assoċjazzjoni ser taqsam il-fliegu fejn propju fil-barriera Ta’ Għansar f’San Lawrenz, Għawdex, ser tkun qed tittella’ l-aħħar attivita’ mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. L-attivita’ tibda fl-10:00am.

Fil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 kollox għadu inċert hekk kif wara ħames tiġrijiet li saru minn sitta ser tkun din tal-aħħar li fiha jiġi deċiż min sa jirbaħ it-titlu Enduro 2017/2018. Bħalissa, James Zahra fuq Mutur Sherco qiegħed fuq quddiem b’94 punt, segwit ferm viċin minn Bernard Sammut fuq mutur Beta b’87 punt. Zahra u Sammut huma segwiti minn Joseph Scicluna fuq mutur KTM b’75 punt.

Intant nhar is-Sibt 16 ta’ Gunju 2018 saret l-aħħar attivita bil-Muturi Motocross imsejħa ‘Bonus Event’. F’din l-attivita’ kull sewwieq ingħata ċ-ċans iċedi dik l-attivita’ li mar ħażin fiha tul dan l-istaġun u intant jiġi mibdul mar-riżultat ta’ din l-attivita’.

Mill-Motocross Klassi A, Stefan Dimech fuq mutur Honda rebaħ din il-klassi segwit minn Paul Muscat fuq mutur Yamaha. It-tielet post spiċċa Mark Mamo fuq mutur Yamaha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet saret l-ewwel rawnd tal-kwart ta’ mil fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far. Il-kampjonat beda fost entużjażmu kbir b’madwar 100 karozza li nkitbu biex jikkompetu. Rawnd…

Motorsport

Fil-31 ta Marzu ġewwa t-trakka tal-kwart ta’ mil f’Hal Far, għal darb’oħra ser jitaqgħu d-dilettanti tal-karozzi b’għan nobli. Din id-darba se tkun bil-għan li jinġabru fondi għaċ-Ċentru tal-Awtiżmu Malti li…

Motorsport

Fi tmiem il-ġimgħa se jsir l-ewwel round tal-kampjonat nazzjonali tal-kwart ta’ mil għal din is-sena. Aktar minn mitt parteċipant bejn muturi, karozzi u dragsters, Maltin u barranin se jkunu qegħdin…

Motorsport

Fabio Baldacchino rebaħ l-ewwel round tal-kampjonat Enemed Hillclimb li saret il-Ħadd li għadda fit-telgħa li tagħti għall-bajja tal-ġnejna, limiti tal-Imġarr. Bħal fi snin l-imgħoddija dan il-kampjonat qiegħed jiġi organizzat mill-Island…

Aktar