Olimpijadi TOKYO 2020
Ikomplu l-provi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ nhar il-Ġimgħa

Ajruplan tal-Qawwiet tad-Difiża Ġappuniżi, magħrufa aħjar bħala l-Blue Impulse, taru fuq l-Istadium Olimpiku f’sessjoni ta’ taħriġ qabel nhar il-Ġimgħa li ġej. L-ajruplani akrobatiċi ser ikunu parti miċ-ċerimonja tal-ftuħ fejn ser ipenġu ċ-ċrieki olimpiċi fl-ajru.

L-ajruplani jinsabu fil-bażi ta’ Saitama, reġjun qrib Tokjo, fejn qabel waslu fuq l-Istadium għaddew minn ħdejn il-bini tal-Gvern Metropolitan ta’ Tokjo, kif ukoll madwar it-Torri ta’ Tokjo.

Għalkemm huwa ċert li l-ajruplani ser ikunu parti miċ-ċerimonja tal-ftuħ, ma ngħatat l-ebda indikazzjoni fi x’ħin ser jittajru sabiex in-nies ma jkunux inkorraġiti li joħorġu barra biex jarawhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA