Motorsport
Ikomplu t-tlielaq tan-NASCAR

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom.

F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra, filwaqt li t-tellieqa Coca Cola 600 għalqet il-ġurnata fix-Charlotte Motor Speedway.

Is-soltu, ġurnata bħal tal-bieraħ kienet tkun ikkaratterizzata mit-tellieqa tal-Formula 1 f’Monaco, bl-Indianapolis 500 warajha, imbagħad filgħaxija kienet issir l-itwal tellieqa tal-istaġun, tal-Coca Cola 600. Imma lbieraħ in-NASCAR kellhom l-attenzjoni kollha fuqhom, f’tellieqa ta’ 600 mil. Għalkemm bil-bibien magħluqa, kien hemm aktar minn 6.5 miljun telespettatur li segwew it-tellieqa mill-kumdità ta’ djarhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar