Sport tal-Baħar
Il-11-il edizzjoni tar-Route du Rhum-Destination Guadalupe

Il-11-il edizzjoni tar-Route du Rhum – Destination Guadalupe bdiet nhar il-Ħadd li għadda mill-port Franċiż ta’ Saint Malo. Din it-tellieqa hija waħda partikolari, għaliex fuq il-jott ikun hemm l-iskipper waħdu, u t-tellieqa hija transatlantika, minn Franza sal-Messiku.

Għal din is-sena, li jaħbat l-40 anniversarju minn meta saret l-ewwel tellieqa simili, qegħdin jieħdu sehem numru rekord ta’ jottijiet, 123 b’kollox. Il-kundizzjonijiet tat-temp fit-tluq ma setgħux kienu aħjar, bil-jottijiet jagħmlu anke 20-knot f’ġurnata mill-isbaħ tal-ħarifa.

Sa l-ewwel sigħat tat-tellieqa, l-iskipper Francois Gabart kien jinsab fuq quddiem fuq il-Macif, segwit mill-iskipper Armel Le Cleac’h. Ilbieraħ ma kenitx ġurnata pożittiva għall-iskippers kollha, għaliexx Sebastian Josse kellu jieqaf għal xi ħin minħabba li nqalgħatlu ħsara fl-istarboard meta kien qiegħed jagħmel 30-knot. Anke l-iskipper Thomas Coville nqalgħatlu l-ħsara u sa ftit ħin ilu kien għadu ma ħax deċiżjoni finali jekk jirtirax jew le.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

Gabriel Medina, ir-rebbieħ tal-World Surf League, irritorna lura f’belt twelidu, Maresias, il-Brażil, u ngħata merħba kbira. Ftit jiem wara li huwa rebaħ it-tieni World Surf League tal-karriera tiegħu, huwa rritorna…

Sport tal-Baħar

Il-Brażiljan Gabriel Medina rebaħ il-Kampjonat Dinji tas-Surfing 2018, bl-Awstraljan Julian Wilson jispiċċa fit-tieni post. Din is-sena kienet waħda sodisfaċenti ħafna għal Medina, għaliex biex rebaħ dan l-unur prestiġġjuż, huwa rebaħ…

Sport tal-Baħar

Waterpolo, Europa Cup it-Tieni Round ta’ Kwalifikazzjoni telfa kbira fi Grupp A għal Malta, 24-8 kontra l-qawwa tal-Ungerija. Sessjonijiet Ungerija l-ewwel, 9-2, 5-0, 5-3, 5-3. Tmien goals għal Malta, ħamsa…

Sport tal-Baħar

Is-surfer Brian Kemper rebaħ il-Jaws Challenge f’Hawaii, l-Istati Uniti, għat-tielet darba f’erba’ snin. F’finali li damet għaddejja siegħa, kieku diversi s-surfers li spiċċaw maqluba mill-mewġ, iżda mhux l-istess jista’ jingħad…

Aktar