Futbol internazzjonali
Il-35 Anniversarju mit-Traġedja ta’ Heysel

Id-29 ta’ Mejju 1985. Ġurnata sewda għall-futbol Ewropew meta 39 persuna tilfu ħajjithom waqt il-finali tat-Tazza Ewropea. Fl-Istadium ta’ Heysel fi Brussell, dik li kellha tkun festa ta’ futbol inbidlet fi traġedja.

Qabel ma bdiet il-logħba, iż-żewġ settijiet ta’ partitarji kienu qed iwaddbu diversi oġġetti lejn xulxin, anke ġebel, sakemm grupp ta’ partitarji ta’ Liverpool ħebbew għall-partitarji Juventini. Filwaqt li l-partitarji ta’ La Vecchia Signora ritiraw lura, ħafna spiċċaw mgħaffġin ma’ ħajt li finalment ċeda. Dakinhar tilfu ħajjithom 39 persuna filwaqt li 600 persuna oħra sofrew xi ġrieħi.

Sa dakinhar, numru kbir ta’ partitarji kienu joqgħodu bilwieqfa fl-istadiums, imma wara dik it-traġedja kien ġie deċiż li kull persuna li tidħol fil-grawnd trid toqgħod bilqiegħda ssegwi l-konfront. F’dik il-finali, Juventus kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, gowl mill-11-il metru ta’ Michel Platini.

Wara t-traġedja tal-1985, it-timijiet Ingliżi ma setgħux jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet Ewropej għal ħames snin, filwaqt li Liverpool kienu sospiżi għal seba’ snin.

Erba’ snin wara din it-traġedja, il-partitarji ta’ Liverpool kienu involuti fi traġedja akbar, dik ta’ Hillsborough. Dakinhar, fis-semifinali tal-FA Cup kontra Nottingham Forest mietu 96 persuna, u minn dakinhar anke fir-Renju Unit iddaħħlu miżuri li l-partitarji fl-istadiums riedu joqgħodu bilqiegħda waqt il-logħob.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Futbol internazzjonali

Milan 4   Juventus 2 Tliet gowls f’temp ta’ ħames minuti fit-tieni taqsima dawru l-logħba favur Milan meta f’San Siro għelbu lil Juventus 4-2. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu…

Futbol internazzjonali

Crystal Palace 2   Chelsea 3 Chelsea qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta marru għandy Crystal Palace u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom b’rebħa ta’ 3-2. Il-Blues fetħu żewġ gowls vantaġġ sal-ewwel nofs…

Futbol internazzjonali

Xavi Hernandez ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra. L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb stess wara spekulazzjoni li l-plejer seta’ rritorna mal-ex klabb tiegħu Barcelona bħala membru fl-istaff tekniku….

Aktar