Ibburdjar
Il-Baħħara tal-Vendee Globe jiċċelebraw minn fuq il-baħar

Il-baħħara li għadhom qed jikkompetu fit-tellieqa Vendee Globe madwar id-Dinja ċċelebraw kif setgħu il-bidu ta’ sena ġdida 2021 billi tellgħu fuq il-mezzi soċjali xi videos u ritratti taċ-ċelebrazzjonijiet solitari li għamlu abbord il-Jotts rispettivi tagħhom. Bħalissa is-27 Jott li fadal f’din it-tellieqa minn fost dawk li bdew din l-avventura u kellhom jirtiraw, issa jinsabu fl-Oċean Paċifiku fi triqithom lejn Cape Horn.

L-erba’ baħħara Franċiżi Yannick Bestaven, Charlie Alpin, Thomas Ruyant u Damien Seguin jinsabu jillidjaw billi qed jokkupaw l-ewwel erba’ pożizzjonijiet fit-tellieqa.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.