Il-Bandiera Olimpika tasal il-Ġappun

Tasal f’Tokyo il-Ġappun il-bandiera Olimpika li bdiet il-vjaġġ tagħha minn Rio mat-tmiem tal-Olipijadi ta’ din is-sena. Il-Bandiera Olimpika inġarret mill-Gvernatur ta’ Tokyo Yuriko Koike fost attendenza kbira minn ġurnalisti
u atleta prospettivi li se jkunu qed jissieltu sabiex jagħmluha fit-team tal-Ġappun erba’ snin oħra.

Ġar il-bandiera f’din iċ-ċerimonja simbolika wkoll l-atelta Keisuke Ushiro.

Il-Ġappun qed jittama li l-Olimpijadi tas-sena 2020 jgħin l-ekonomija tal-pajjiż. Erba’ snin oħra se jkun hemm l-introduzzjoni ta’ xejn inqas minn ħames dixxiplini sportivi ġodda fosthom il-baseball, l-iskateboarding u s-surfing.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-Pulizija Brażiljana baqgħet għadejja bl-investigazzjonijiet tagħha relatati mal-arrest tal-Pat Hickey in-numru wieħed tal-Kumitat Olimpiku tal-Irlanda u membru fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Il-Pulizija l-bieraħ għamlu raid fil-kmamar tal-Hotels li fihomm…

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach illum waqt konferenza stampa li ta sabiex jagħlaq l-Olimpijadi ta’ Rio 2016 qabel iċ-ċerimonja ta’ l-għeluq tal-lejla, kien ippressat sabiex jgħid x’se jiġri minn…

L-Olimpijadi b’iktar stejjer u kontroversja barra mill-kompetizzjonijiet, hekk kif il-bieraħ il-pulizija flimkien mal-membri tas-sigurta’ kellhom joħorġu ‘l barra mill-Olympic Basketball Arena madwar 10 atleta Awstraljani li daħlu b’mod irregolri isegwu…

Is-Saga doping fl-Isport Russu ma taqta’ xejn hekk kif illum il-CAS il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv laqa’ l-appell li għamlet l-atleta li talbet lil din il-Qorti sabiex idawwar id-deċiżjon i tal-IAAF li kienet…

Aktar