Żwiemel
Il-Bank of Valletta jappoġġja ‘It-Tazza l-Kbira’ 2018

Il-Bank of Valletta qed jappoġġja it-‘Tazza l-Kbira 2018 ‘, l-akbar tellieqa fil-kalendarju tat-tigrijiet taż-żwiemel lokali.

L-aqwa 76 żiemel f’Malta se jkunu qed jipparteċipaw f’sitt heats nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018, bl-aqwa sitt żwiemel f’kull heat jipparteċipaw fi tlett semi finali li se jsiru fit-8 t’April 2018. L-ewwel 4 żwiemel  li jidħlu f’ kull semi finali jgħaddu għall-finali tal-BOV it-Tazza l-Kbira nhar it-22 t’April 2018. It-tiġrijiet kollha huma kkontestati fuq id-distanza tradizzjonali ta’ 2640 metru.

It-Tazza l-Kbira 2018 tnediet uffiċjalment waqt konferenza stampa li saret fil-sala tal-konferenzi tal-Malta Racing Club u indirizzata mis-Sur Edwin Borg u s-Sur Thomas Cunningham Chairman u Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club rispettivament u Charles Azzopardi, Eżekuttiv fil-PR & Marketing tal-Bank of Valletta.

‘Il Tazza l-Kbira 2018, 84 sena mill-ewwel edizzjoni li saret fl-1934, hija l-akbar unur fil-tlielaq tat-trott f’Malta, u tiġbed l-aqwa żwiemel  kif ukoll l-akbar premjijiet’ qal is-Sur Borg. ‘L-edizzjoni ta’ din is-sena tinkludi biss żwiemel mill-klassi Premier li joriġinaw minn erba’ pajjiżi differenti, li magħhom hemm 12-il debuttant.’

‘Meta l-finalisti jsiru magħrufa, se jkunu is-sidien taż-żwiemel stess li jtellgħu n-numri tat-tluq tagħhom għall-finali,’ kompla s-Sur Borg. “Il-finali, minbarra li tkun l-aqwa tellieqa tas-sena, tkun ukoll avveniment għall-familja kollha bi programm ta’ divertiment spettakolari għal dawk kollha li jkunu preżenti.’

Is-Sur Cunningham spjega li għalkemm fl-aħħar snin ġie stabbilit il-limitu ta’ 72 żiemel f’din il-kompetizzjoni, minħabba li l-għadd ta’ żwiemel fl-ogħla kategorija żdied u wħud mill-sidien importaw żwiemel apposta għal din il-kompetizzjoni, ġie deċiż li nakkomodaw iz-żwiemel kollha tal-kategorija Premier, għaldaqstant iż-żieda fin-numru għal 76. Dan ifisser li kellha ssir bidla fir-rounds tal-kwalifikazzjoni.

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club iddeċieda wkoll li l-premju fi flus kellu jirrifletti l-importanza ta’ din it-tellieqa u għalhekk għandu  jinagħta l-akbar premju tal-istaġun. Dan ifisser żieda fl-ammont totali tal-premjijiet ta’ €1600 għal total ta’ €6550 bir-rebbieħ jirċievi €3500.

Is-Sur Cunningham iddikjara  wkoll li sabiex jiġu żgurati l-aqwa kundizzjonijiet għat-tlielaq, il-Kunsill tal-Malta Racing Club iddeċieda li jagħmel manteniment fuq il-wiċċ tal-korsa u bħalissa qed isiru x-xogħlijiet fuq ir-ramel u twittija xierqa.

‘Il-Bank of Valletta għandu tradizzjoni mat-tiġrijiet taż-żwiemel u kien jappoġġja it-Tazza BOV lejn l-aħħar tas-snin 70 u s-snin 80’ qal Charles Azzopardi. ‘F’din il-kollaborazzjoni riċenti mal-Malta Racing Club, qed nippromwovu l-eċċellenza fl-isport billi nappoġġjaw l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża tas-sena.’

‘Il-Bank of Valletta huwa sinonimu ma’ l-isport f’Malta’, kompla s-Sur Azzopardi. ‘Nippromwovu l-eċċellenza fl-isport, u għalhekk huwa tabilħaqq pjaċir kbir tagħna li nikkollaboraw mal-Malta Racing Club fl-ogħla unur fil-kalendarju tagħhom’.

It-Tazza l-Kbira saret l-ewwel darba fl-1934.  Pedro Vici, taħt il-gwida ta’ Johann Axisa irreġistra l-aqwa ħin fuq id-distanza f’waħda mill-heats tal-2016 bil-ħin ta’ 1’13”9, b’Ike Williams C għandu r-rekord għall-aktar rebħiet, fejn rebaħha  erba’, darbiet fl-1962, 1963, 1965 u 1966.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Il-Ħadd filgħodu s-sewwieq Andrew Farrugia flimkien maċ-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg jitilqu għal Sqallija fejn ser issir l-aħħar tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fil-korsa del Mediterraneo ta’ Siracusa. Din l-aħħar tappa…

Żwiemel

Il-Malta Racing Club kellu jħassar il-programm tat-tiġrijiet taż-Żwiemel tal-lum minħabba l-maltemp li għaddej bħalissa minn fuq pajjiżna. Il-MRC mistennija tikkonferma data oħra sabiex isir il-program tal-lum. Intant il-Malta Basketball Association…

Aktar