International Sports
Il-belt Norveġiża ta’ Trondheim tirbaħ il-bid biex tospita l-Kampjonat Dinji tas-Ski

Il-federazzjoni Internazzjonali tas-Ski, l-FIS, ħabbret li l-belt Norveġiża ta Trondheim rebħet il-bid biex tospita l-Kampjonat Dinji tas-Ski.

Il-kampjonat dinja tas-ski se jsir fl-2025 u Trindheim kienet l-uniku belt li kkandidat ruħa għal dan il-kampjonat dinji u ġew aċċettati.

Il-kunsill tal-FIS ivvota b’mod unanimu għal din id-deċiżjoni.

Din se tkun l-44 edizzjoni tal-kampjonat dinji tas-ski.

Din se tkun it-tieni darba li Trondheim organizzat dawn il-kampjonati dinjija, bl-ewwel darba tkun fl-1997.

Miktub minn...
TVM Sport