Atletika
Il-belt ta’ Doha se tospita l-Logħob Asjatiku tal-2030

Il-belt ta’ Doha għelbet lil dik ta’ Riyadh biex akkwistat id-dritt li tospita l-Logħob Asjatiku tal-2030.

Il-vot ittieħed fil-Kunsill Olimpiku tal-Asja li sar ilbieraħ.

Il-President tal-Kunsill Olimpiku Asjatiku Sheikh Ahmad Al Fahad ħabbar ir-rebbieħa f’Muscat il-belt kapitali tal-Oman.

Il-Qatar u l-Arabja Sawdija kienu tefgħu l-bid tagħhom ukoll għal dan l-ikbar avveniment dinji tal-atletika wara l-Olimpjadi.

Miktub minn...
TVM Sport