Oħrajn
Il-belt ta’ Salla fil-Finlandja tħabbar li se tkun qed titfa’ l-bid biex tospita l-Olimpjadi tas-sajf tal-2032

Il-belt ta’ Salla fil-Finlandja ħabret li se tkun qed titfa’ l-bid biex tospita l-Olimpjadi tas-sajf tal-2032.

Salla hi magħrufa bħala waħda mill-iktar bliet kesħien fil-pajjiż bit-temperatura li tinżel sa taħt il-50 grad.

L-awtoritajiet tal-belt għamlu din l-aħbar uffiċjali f’konfernza li taw ilbieraħ.

Erkki Parkkinen, il-Sindu ta’ Salla, qal li l-fatt li ġranet sħan tas-sajf dejjem qegħdin jiżdiedu, se jkun ta’ vantaġġ għalihom biex jirbħu din il-bid biex l-Olimpjadi jsiru f’temperaturi aktar friski mill-kumplament tal-pajjiżi.

Għall-konferenza, il-belt ta’ Salla preparat ukoll logos, mascots, uniformijiet u attivitajiet oħra promozzjonali biex tikkonviċni lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li huma l-aħjar għażla.

Miktub minn...
TVM Sport