Il-body suit ta’ Cathy Freeman tinstab wara 14-il sena

L-ex champion Olimpiku, Cathy Freeman, jista’ jkun li ħadet ir-rigal tal-Milied xi ftit kmieni meta ħarġet l-aħbar li l-pulizija Awstraljna jinsabu fil-pussess tal-body suit li Freeman libset meta xegħlet il-fjamma olimpika biex ingħata bidu għall-Olimpjadi ta’ Sydney fis-sena 2000. Dakinhar, il-body suit ta’ Freeman kienet insterqet mid-dressing room, u f’dawk l-Olimpjadi hi rnexxielha tirbaħ id-deheb fl-400 metru.
Meta Freeman kienet magħżula sabiex tqabbad il-fjamma olimpika, ħafna kienu rawh bħala mument ta’ rikonċiljazzjoni bejn l-Awstraljani u l-Aboriġini, li Freeman tagħmel parti minnhom. Jidher li l-body suit kienet mgħoddija lill-pulizija Awstraljana b’mod anonimu u għadhom iridu jsiru xi verifiki sakemm ikun ikkonfermat li verament din hija l-body suit li libset Freeman dakinhar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar