Futbol internazzjonali
Il-Bord tal-FA Skoċċiża jiddeċiedi l-futur ta’ Gordon Strachan illum

Il-futur ta’ Gordon Strachan bħala l-Manager tat-tim nazzjonali jinsab inċert wara li l-Iskozja fallew bi żbrixx il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tas-sajf li ġej fir-Russja.

Il-Bord tal-FA Skoċċiża se jiddeċiedi fuq il-futur tal-ex player nazzjonali Skoċċiż u ta’ Leeds Utd, f’Bord tad-Diretturi li se jitlaqqa’ llum.

Strachan, ta’ 60 sena, se jkun preżenti wkoll f’din il-laqgħa tal-Bord wara li ġie mistieden minn Stewart Regan, iċ-Chief Executive tal-Assoċjazzjoni.

L-Iskozja spiċċaw fit-tielet post fi Grupp F, l-istess Grupp ta’ Malta.

Huma naqsu li jirbħu fis-Slovenja l-Ħadd li għadda biex l-iskor finali ta’ 2-2 ħallihom barra mit-Tazza tad-Dinja. Huma pparteċipaw l-aħħar darba f’din il-kompetizzjoni tal-FIFA fl-1998 fi Franza.

Strachan ikkowċja lill-Iskozja f’40 partita, li minnhom rebaħ 19, ġie draw f’9 u tilef 12.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti interessanti li ntlagħbu llum: Fid-derby ta’ Londra, draw ta’ mingħajr gowls bejn West Ham u Chelsea f’partita li minkejja li t-tim ta’ Sarri kellu l-aktar…

Futbol internazzjonali

Gianni Infantino, President tal-FIFA, qal lill-kowċis minn madwar id-dinja kollha li l-VAR li ġiet introdotta fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet se tibqa’ tintuża fil-kompetizzjonijiet futuri tal-FIFA fis-snin li ġejjin. Infantino kien…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Erba’ partiti li ntlagħbu l-Ħadd wara nofsinhar mill-ħames ġurnata. Napoli ħadu rebħa tajba u importanti meta barra minn darhom għelbu lil Torino bi skor ta’ 3-1….

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati mis-6 ġurnata Fulham 1 – 1 Watford Burnley 4 – 0 AFC Bournemouth Cardiff City 0 – 5 Manchester City Crystal Palace 0 – 0…

Aktar