Futbol internazzjonali
Il-CAF tħabbar li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani se ssir kif pjanata f’Jannar 2021

Il-konfederazzjoni tal-futbol Afrikana, il-CAF, qalu li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani se tkun qed issir xorta waħda kif pjanata f’Jannar tas-sena d-dieħla.

Il-CAF qalu dan minkejja diversi ħsibijiet li dan ma jkunx għadu possibbli minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani f’Jannar li ġej se ssir fil-Kamerun u minkejja d-dikjarazzjoni tal-CAF, il-Gvern tal-pajjiż għadu dubjuż ħafna kemm dan it-tournament jista’ jseħħ.

Erba’ mis-sitt rawnds tal-partiti ta’ kwalifikazzjoni għad iridu jintlagħbu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar