Il-captain Furjaniż Muir jerfa r-responsabilita f’isem sħabu l-plejers

Fid-dawl tal-fatt li dalwaqt tibda era ġdida fil-klabb ta’ Floriana wara r-riżenja ta’ Stephen Vaughan minn President, intervjena l-captain Gary Muir li fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook skuża ruħu f’isem sħabu l-plejers għal dan il-mument ta’ riżultati ħżiena li qed ikollhom Floriana.

Il-Greens tilfu l-aħħar sitt logħbiet konsekuttivi, ħamsa fil-Kampjonat u l-eliminazzjoni kontra Naxxar Lions fil-UBET FA Trophy.

garyyyy1517463_396003850534860_1747458610_n

Fuq Facebook Muir qal li minkejja l-problemi amministrattivi li għaddej minnhom il-klabb, li titlef sitt logħbiet infila huwa inaċċettabbli u anke l-plejers iridu jerfgħu ir-responsabiltajiet tagħhom.

Fuq nota iktar pozittiva, Muir fakkar li minkejja li t-tim naqas milli jagħmilha għac-Championship Pool, fakkar li t-tim irkupra mill-ewwel wara li beda l-Kampjonat b’deficit qawwi ta’ sitt punti mnaqqsa.

Qal li issa kulħadd irid iħares il-quddiem, kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed, u b’hafna karattru jittamaw li minn nhar il-Ħadd kontra Qormi jirritornaw għar-rebħ.

Finalment Gary Muir ħeġġeġ lill-partitarji kollha Furjaniżi biex jibqgħu wara t-tim f’dan il-mument delikat għall-klabb Furjaniz.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Aktar