Futbol internazzjonali
Il-captain ta’ Borussia Dortmund Marco Reus se jdum barra mil-logħob għal tal-inqas erba’ ġimgħat

Il-captain ta’ Borussia Dortmund Marco Reus se jkollu jdum barra mil-logħob għal tal-inqas erba’ ġimgħat wara li sofra minn uġigħ fil-muskolu. Din l-aħbar tawha l-klabb stess tal-Bundesliga.

Reus, ta’ 30 sena, weġġa’ fl-aħħar sekondi tal-partita li Borussia Dortmund tilfu kontra Werder Bremen fit-Tazza Ġermaniża.

Din l-injury se tkun daqqa kbira għal Borussia Dortmund li jinsabu fit-tielet post tal-kampjonat Bundesliga.

Borussia Dortmund se jkunu wkoll mingħajr il-captain tagħhom għall-partiti mill-UEFA Champions League kontra Paris St Germain.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar