Futbol internazzjonali
Il-CAS tordna li Manchester City jitħallew jikkompetu fiċ-Champions League u ddawwar id-deċiżjoni tal-UEFA

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA.

Manchester City kienu nstabu ħatja mill-Bord tal-kontroll tal-finanzi tal-Clubs talli kisru r-regolamenti tal-financial fair play.

Din id-deċiżjoni tal-lum tal-CAS tfisser li Manchester City jistgħu jikkompetu fil-UEFA Champions League staġun ieħor hekk kif huma matematikament ikkwalifikaw peress li se jispiċċaw fit-tieni post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż wara li rebħu 5-0 is-Sibt li għadda away kontra Brighton & Hove Albion.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.