Futbol internazzjonali
Il-Club ta’ Sassuolo l-ewwel team lura għat-taħriġ fl-Italja

Wara li l-Gvern taljan ta l-kunsens tiegħu sabiex jibdew lura s-sessjonijiet ta’ taħriġ uffiċjali fl-Italja kienu Sassuolo li llum ittrenjaw l-ewwwel fiċ-ċentru sportiv tagħhom.

Għada se jkun imiss l-Inter li se jittrenjaw fi gruppi żgħar ta’ tlieta u erba’ players, l-istess bħal Bologna u Atalanta b’dawn il-Clubs jikkonfermaw li mal-bidu tat-taħriġ se jsir it-test tal-COVID-19 lil kull player u kull membru tal-coaching staff.

Lazio, Parma u Roma mistennija jkollhom l-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ bejn għada u l-Ħamis b’diversi players se jkunu mqassma fuq pitches differenti.

Milan se jkollohom xejn inqas minn 6 pitches għad-dispożizzjoni tagħhom bil-players se jkunu imġegħla jibqgħu flimkien f’iritr fejn il-Club għandu xejn inqas minn 56 kamra għall-players u staff.

Napoli qed iħejju sabiex l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tkun nhar il-Ħadd li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
.