Sport Lokali
Il-Clubhouses kollha tal-Assoċjazzjonijiet jistgħu jiftħu għall-membri tagħhom

Wara diversi jiem ta’ inċertezza u nuqqas ta’ direzzjoni lill-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet sportivi sa fl-aħħar dawn ingħataw struzzjonijiet ċari dwar l-operat tagħhom f’dawn il-jiem wara li ġew illaxkati l-miżuri mill-awtoritajiet tas-saħħa.

F’kommunikazzjoni uffiċjali mill-Avukat ta’ SportMalta responsabbli mid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji Karen Zammit Southernwood jingħad li l-Clubhouses kollha jistgħu jinfetħu u fihom ma jistax ikun hemm iktar minn persuna għal kull erba’ metri kwadri sa massimu ta’ 75 persuna. Id-direttiva tispjega wkoll lil jrid isir tindif u diżinfettar tal-post tal-inqas darba kuljum u li kull min jidħol ġewwa irid ikun liebes maskra jew visor. Id-direttiva taż-żamma ta’ żewġ metri bejn kull persuna u oħra tibqa’ dejjem valida.

Miktub minn...
TVM Sport
.