Futbol internazzjonali
Il-Clubs Ingliżi ma’ jistgħux jisfurzaw il-players jibqgħu magħhom wara t-30 ta’ Ġunju – De Marco

Żvolta interessanti fuq l-aħħar direttiva tal-FIFA dwar dawk il-players professjonali li se jkollhom il-kuntratt tagħhom li se jiġi fi tmiemhu fi tmiem dan l-istaġun. Il-FIFA ftit tal-jiem ilu qalet li jekk ikun hemm logħbiet li jkun fadal x’jintlagħbu wara t-30 ta’ Ġunju l-players professjonali se jkunu obligati li jibqgħu mal-Club għal ftit ġimgħat anke jekk ikun skadilhom il-kuntratt.

L-Avukat Ingliż Nick De Marco qed isostni li d-direttiva li qed tagħti l-FIFA li l-players se jkunu obligati li jibqgħu mal-Club tagħhom jekk il-kampjonati domestiċi jkunu għadu ma ntemmux ma’ tistax tkun attwata taħt il-Liġi tax-Xogħol fir-Renju Unit.

De Marco f’isem il-kumpanija Blackstone Chambers qal lil Sky Sports dalgħodu li filwaqt li din id-direttiva tal-FIFA tista’ titqies bħala xi ħaġa li se tgħin lill-Clubs xorta ebda club ma jistax jobbliga lill-players professjonali jibqgħu magħhom meta jkunu ‘out of contract’.

Fost il-players fil-Premier League li se jkollhom il-kuntratt tagħhom mitmum fit-30 ta’ Ġunju hemm Jan Vertonghen ta’ Tottenham.

De Marco hu wieħed mill-aqwa avukati li jispeċjaliżża fil-liġi tax-xogħol u ilu konsulent tal-Professional Footballers’ Association  sa mis-sena 2002.

L-Avukat Nick De Marco
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ġew antipati d-dati taż-żewġ logħbiet tat-tieni legs tas-semi finali tal-Coppa Italia tal-istaġun 2019/20 Id-dati riveduti huma dawn: Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju Semifinali Juventus-Milan (l-ewwel leg 1-1) Is-Sibt 13 ta’ Ġunju,…

Futbol internazzjonali

Ħmistax -il partitarju tat-team ta’ Genoa li kollha jiffurmaw parti minn gruppi tal-Ultras se jkunu akkużati u se jitressqu l-Qorti talli fl-aħħar snin kienu jintimidaw u jheddu lill-ufiċjali tal-Club fosthom…

Futbol internazzjonali

Hekk kif illum mistennija joħorġu l-fixtures riveduti għat-tkomplja tal-kampjonat Premier Igliż ġie approvat ir-regolament tal-ħames sostituzzjonijiet f’kull logħba. Il-Premier League approva wkoll li kull team jista’ jniżżel fuq il-bank tas-sostituti…

Futbol internazzjonali

Chelsea laħqu ftehim fil-prinċipju mal-plejer Ġermaniż Timo Werner li jilgħab ma’ RB Leipzig. Skont Sky Sports, fil-15 ta’ Ġunju li ġej, tiskadi l-klawsola tar-release tal-plejer li tgħid li jridu jitħallsu…

Aktar