Futbol lokali
Il-Coppa Italia mirbuħa minn Lazio f’Malta fid-29 ta’ Lulju

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I

Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser tkun qiegħda għal wiri fir-ristorant Sciantusi li jinsab f’Tas-Sliema.

Din l-inizjattiva bdiet grazzi għall-kuntatti li għandu l-president ta’ Lazio Club Malta Edward Psaila.

Fil-fatt is-sinjura Anna Rita Iacobini li hi ħabib tal-president Claudio Lotito talbet permess sabiex din it-tazza tkun għall-wiri f’Malta ukoll.

Fil-fatt din it-tazza ilha għaddejja fuq tour madwar ir-reġjun tal-Lazio f’diversi postijiet pubbliċi sabiex is-segwaċi ta’ dan it-tim jammirawha aktar mill-viċin.

Fl-istess waqt din issa ġejja Malta wkoll fejn min ser ikun preżenti ser ikollu ċ-ċans jieħu ritratt magħha.

Mistiedna speċjali ta’ dan l-avveniment ser ikunu t-tim manager ta’ Lazio Maurizio Manzini u l-kompożitur tal-innu tant famuż tal-klabb VolaLazioVola, Toni Malco.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Aktar