
International Sports
Il-cricket isir l-ewwel sport fl-Ingilterra li jilqa’ lura lill-partitarji
Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19.
1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex.
Il-partita qed tintlgagħab fuq jumejn fl-istadium Kia Oval u kull min jattendi irid josserva r-regolamenti kontra l-COVID 19.
Il-partita qed tkun meqjusa mill-Gvern Ingliż bħala proġett pilota għal avvenimenti ħafna akbar sportivi taż-żmien li ġej, inkluż l-istaġun il-ġdid tal-futbol.
Proġetti pilota oħra li l-Gvern Ingliż se jkun qed juża bil-partitarji huma l-Kampjonat Dinji tal-Isnooker li jsir f’Sheffield u l-Glorious Goodwood, il-festival tat-tiġrijiet taż-żwiemel.