X

Il-European Club Association tikkonferma li mill-istaġun 2021/22 tkun introdotta kompetizzjoni ġdida

Il-European Club Association l-ECA permezz taċ-Chairman tagħha Andrea Agnelli kkonfermat li hemm ftehim mal-UEFA sabiex sa mill-istaġun 2021/22 tkun introdotta kompetizzjoni ġdida li se tiżdied mat-tnejn diġa’ eżistenti l-Uefa Champions u l-Uefa Europa League.

Agnelli waqt laqgħa tal-ECA fi Split il-Kroazja qal li il-ħsieb hu li l-fażi tal-gruppi tal-Uefa Europa League tkun bil-parteċipazzjoni ta’ inqas teams minn 48 għal 32 sabiex il-kompetizzjoni l-ġdida tkun ukoll komposta bil-parteċipazzjoni ta’ 32 team.

L-ECA hi favur li l-format eżistenti taċ-Champions League jibqa’ bi 32 team. Mistoqsi dwa l-użu tal-VAR fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA Pedro Lopez Jimenez membru fl-eżekuttiv tal-ECA u Viċi President ta’ Real Madrid qal li huma favur l-introduzzjoni ta’ din it-teknoloġija.