Local Sports
Il-Federazzjoni Maltija tal-Eight Ball tittama li tkompli l-istaġun f’Lulju li ġej

Il-Federazzjoni Maltija tal-Eight Ball ħarġet stqarrija dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, u kif intalbet gwida minn SportMalta dwar data possibbli ta’ meta jista’ jitkompla l-istaġun. Skont l-istqarrija tal-Federazzjoni, SportMalta fil-mument ma tistax tagħti data definittiva meta l-istaġun jista’ jkompli.

Minħabba f’hekk il-Federazzjoni qed tgħid li jekk sas-17 ta’ Lulju li ġej mhux ser tingħata permezz li jitkompla l-istaġun, allura kollox jiġi ddikjarat null. It-tama tal-Federazzjoni hi li l-leagues jmorru għall-fażi ta’ play-offs, fejn min jinsab fl-ewwel post jitla’ fil-finali, min jinsab fit-tieni post jitla’ għas-semifinali, u min jinsab fit-tielet u r-raba’ post, jilgħab play-off għal post fis-semifinali.

Fil-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni, min jinsab l-ewwel fis-sezzjoni, jitla’ għas-semifinali. Min jinsab fit-tieni u t-tielet post, ser jilagħbu kontra xulxin għal post fis-semifinali. Kemm il-play-off kif ukoll is-semifinali jintlagħbu abbażi ta’ home u away fil-klabbs rispettivi u l-finali tintlagħab ġewwa l-Juventus Club Vero Amore, f’Birkirkara. Dan il-logħob huwa propost li jsir bejn l-20 u l-31 ta’ Lulju 2020.

Il-Federazzjoni ħabbret li kemm l-Easter Cup kif ukoll is-Super Cup huma uffiċjalment nulli għal dan l-istaġun.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
eSports

Is-sewwieq Brandon Bonello rebaħ it-tielet tellieqa uffiċjali ta’ Gran Turismo Sport organizzata lokalment minn World Pro Racing flimkien mal-Malta Motorsport Federation. Tmien sewwieqa ħadu sehem fit-tellieqa fuq  15-il daqwra fiċ-ċirkwit…

Local Sports

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, Clifton Grima, isellem lill-ġurnalisti sportivi Maltin, illum 2 ta’ Lulju, fil-jum iddedikat għalihom. Hu saħaq li l-ġurnalisti u preżentaturi sportivi għandhom rwol importanti ħafna…

Local Sports

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima wera sodisfazzjon għall-ħidma li qed issir fuq it-tieni fażi tal-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali b’investiment ta’ madwar €1 miljun li huwa ffinanzjat permezz tal-iskema ta’ finanzjament għall-għaqdiet sportivi amministrata minn SportMalta….

Local Sports

“L-isports mhuwiex sempliċiment għodda ta’ divertiment iżda qasam li għandna ħafna x’nitgħallmu mill-valuri tiegħu.” Hekk qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-konferenza nazzjonali l-Isport f’Malta, t-Triq ‘il Quddiem….

Aktar