Local Sports
Il-Federazzjoni tal-Isparar Ġermaniża għal kamp ta’ taħriġ f’Malta

Il- Federazzjoni Maltija tal-Isparar kienet strumentali biex il- Federazjoni Germaniża giet għal kamp ta’ taħriġ f’Malta. Il- kontinġent Germaniż kien magħmul minn erbatax-il tiratur u sitt uffiċċjali. Il- kamp serva ta’ importanza liema bħalha kemm għat- tiraturi Maltin kif wkoll għal dawk Germaniżi hekk kif bħalissa għaddejjin b’ħidma kbira bi preparazzjoni għat- Tazza tad-Dinja tal- elfejn u dsatax. Il- kowċ Uwe Moeller irringrazzja lil President tal- Federazzjoni Maltija Pierre Montebello, għall-ospitalita’ u l- organizazzjoni mill-aqwa ta’ dan il-kamp ta’ taħriġ

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Aktar