Futbol internazzjonali
Il-FIFA għadha mhix deċiża jekk tużax il-VAR fit-Tazza tad-Dinja tan-nisa s-sena d-dieħla

Fi tmiem l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena li saret fir-Russja, il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, kien qal li ma jistax jimmaġina li tintlagħab kompetizzjoni daqstant kbira mingħajr l-għajnuna tat-teknoloġija VAR. Biss, dak il-kumment jidher li issa qiegħed iħawwad l-imħuħ, għaliex ħafna ma jafux jekk Infantino kienx qiegħed jirreferi biss għal-logħba tal-futbol tal-irġiel, meta fl-aħħar mill-aħħar irrefera għat-teknoloġija VAR bħala waħda indispensabbli.

Dan għaliex, s’issa għadha ma tteħditx deċiżjoni finali u uffiċjali jekk il-VAR hijiex ser tintuża’ fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li ser issir is-sajf li ġej fi Franza. Il-FIFA donnha għadha qed ittella’ u tniżżel jekk tużax din is-sistema teknoloġika li tant evitat kontroversja fir-Russja. Huma diversi l-plejers u l-kowċis li jinsabu ddiżappuntanti li qiegħed ikun hemm it-tkaxkir tas-saqajn sabiex tittieħed deċiżjoni, aktar u aktar meta fl-Ewropa diversi pajjiżi qegħdin jużaw din is-sistema fil-kampjonati domestiċi tagħhom, u l-UEFA ser iddaħħal il-VAR mill-fażi tan-knockout taċ-Champions League.

Skond diversi plejers u kowċis involuti fil-futbol tan-nisa, din l-indeċiżjoni tal-FIFA qiegħda turi biċ-ċar li l-futbol tan-nisa għadu jitqies bħala tat-tieni klassi u li huwa xi ħaġa inqas minn dak tal-irġiel. Skont l-eks-difensur tal-Istati Uniti, Becky Sauerbrunn, “la l-VAR intużat fit-Tazza tad-Dinja tal-irġiel, mhemm xejn li għandu jżomm lill-FIFA milli jużaha fit-Tazza tad-Dinja tan-nisa, kif għandu jkun.”

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’Nyon ittelgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għal-kampjonat ewropew tal-Under 21 tas-sena 2021. It-Team Nazzjonali Malta ttella’ bil-polza sabiex jilgħab fi Grupp 8 flimkien mad-Danimarka, r-Rumanija, l-Ukrajna, l-Finlandja u l-Irlanda ta’…

Futbol internazzjonali

F’Goodison Park, Everton u Watford ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi dro ta’ 2-2. Kienet logħba li baqgħet indeċiża sal-aħħar u kienu Everton li sabu x-xibka l-ewwel permezz ta’…

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Fadal biss 4 postijiet x’jimtlew sabiex ikollna l-kwadru komplet tar-Round tas-16, u għal dawk l-4 postijiet hemm 7 timijiet…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling, akkuża lill-media li hija kompliċi fl-abbużi razzjali li hu u plejers oħra qiegħed ikollhom fil-logħbiet tal-Kampjonat Premier Ingliż. Fil-logħba tas-Sibt kontra Chelsea, fi Stamford…

Aktar