Futbol internazzjonali
Il-FIFA mhux se tirrikonoxxi s-Super League Ewropew

Il-Bidu possibbli tas-Super League Ewropew illum ħa daqqa kbira hekk kif il-FIFA iffirmat ftehim mal-UEFA u mal-ħames konfederazzjonijiet l-oħra li jistipula li kull min se jkun qed jieħu sehem f’dan il-League se jkun sospiż. Is-sospsnesjoni se tkun kemm fuq bażi personali bħala plejer u anke fuq bażi ta’ Club.

F’kommunikat konġunt il-FIFA, il-UEFA, l-AFC, il-CAF, il-CONCACAF, il-CONMEBOL, u l-OFC qalu li jekk isir dan is-Super League huma mhux se jirrikonoxxuh.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.