Futbol internazzjonali
Il-FIFA se tgħolli l-età tal-plejers għall-Olimpjadi ta’ Tokjo

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla.

Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li l-FIFA tagħti konċessjoni ta’ darba li ttella’ l-età b’sena minħabba li l-Olimpjadi ġew sospiżi b’sena.

Il-FIFA se tkun qed tieħu din id-deċiżjoni biex il-plejers li kienu eliġibbli li jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ din is-sena jibqgħu eliġibbli fis-sajf tal-2021.

Il-plejers li twieldu mill-1 ta’ Jannar 1997 se jkollhom permess jilagħbu.

Id-deċiżjoni finali għad trid tgħaddi mill-Bureau tal-FIFA iżda jidher li diġà hemm qbil dwarha minn kulħadd.

It-tournament tal-futbol tal-Olimpjadi mistenni jibda fit-23 ta’ Lulju 2021.

Miktub minn...
TVM Sport