Futbol internazzjonali
Il-FIFA tgħid li Infantino huwa innoċenti

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber. Kemm Infantino kif ukoll Lauber qed jiċħdu dawn l-allegazzjonijiet.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FIFA Alasdair Bell qal li ma’ jirriżulta xejn fattwali sabiex ikun hemm investigazzjoni kriminali. Huwa kompla li l-assurdita hi li l-President mar għand l-ogħla awtorita fil-pajjiż sabiex joffri informazzjoni dwar investigazzjoni kriminali u spiċċa jiġi nvestigat hu. Skont Bell hemm xi ħaġa li mhux qed tinkwadra.

Infantino mistenni li jindirizza lill-media fil-ġranet li ġejjin sabiex jiddefendi lili nnifsu.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Illum, il-midfielder Thiago Alcantara mistenni jkun ippreżentat lill-media bħala l-akkwist il-ġdid ta’ Liverpool. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd jidher li biddel fehmtu fl-aħħar sigħat sabiex jingħaqad ma’ Jurgen Klopp. F’saga ta’…

Aktar