Futbol internazzjonali
Il-FIFA tingħaqad fil-protesti kontra l-mewt ta’ George Floyd

Il-FIFA ingħaqdet mal-kumplament tad-dinja billi waslet il-vuċi tagħha wkoll għall-mewt tal-Amerikan George Floyd li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien arrestat.

Il-FIFA, flimkien ma’ diversi kampjonati, timijiet u plejers madwar id-dinja waslet is-solidarjetà tagħha għal dan it-traġedja li seħħet fil-jiem li għaddew.

In-National Football League, in-National Hockey league u n-National Basketball Association ħarġu stqarrijiet kontra r-razziżmu madwar id-dinja.

Il-FIFA qalet li bħala l-Assoċjazzjoni dinjija tal-futbol dejjem kienet kontra kull tip ta’ razziżmu u li se tibqa’ tagħmel il-kampanji tagħha dwar dan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Futbol internazzjonali

Inter ser jiffirmaw lil Alexis Sanchez mingħand Manchester United. Din l-aħbar taha Giuseppe Marotta l-Erbgħa waranofsinhar u issa l-plejer ser jingħaqad permanenti mat-tim minn Milan. Alexis Sanchez ingħaqad m’Inter b’self…

Aktar