Futbol internazzjonali
Il-FIFA tissospendi lill-ex uffiċjal tagħha Markus Kattner

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi.

Fi stqarrija, il-FIFA qalet li l-Kumitat tal-Etika sabet lil Kattner ħati ta’ kunflitt ta’ interess qawwi u li uża l-pożizzjoni tiegħu fil-FIFA biex jagħmel profitti personali.

Kattner kien id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FIFA għal 10 snin.

Kattner għamel dawn il-profitti personali mill-kompetizzjonijiet tal-FIFA dwar pjaċiri li rranġa ma’ individwi oħra fil-futbol.

L-investigazzjonijiet se jkomplu għaddejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar