Futbol internazzjonali
Il-FIFPro trid li jieqfu l-logħbiet jekk it-temperatura tkun iktar minn 32 grad

Il-FIFPro l-Assoċjazzjoni internazzjonali tal-players tal-football qalet li tinsab inkwetata ferm bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tal-kampjonati domestiċi fl-Ewropa fosthom fl-Ingilterra, fl-Italja u anke fil-Ġermanja fost pajjiżi oħra.

Vincent Gouttebarge f’isem il-FFPro f’intervista mal-ġurnal La Republica sostna li l-players mhux magna u allura mhux se jaċċettaw logħbiet li jintlagħbu f’temperatura ta’ 32 grad celcius jew iktar. F’każ li jiġri hekk il-logħbiet għandhom jieqfu u jkunu skedati għal ġurnata oħra. Il-FIFPro qed isostni li l-ewwel tiġi s-saħħa tal-players u mbgħad il-football kompettitv. Din id-dikjarazzjoni għandha sservi bħala nifs qawwi għal-MFA li kważi qed tingħata raġun li tterminat il-kampjonat Premier u mhux se jsiru logħbiet fix-xhur tas-Sajf hekk kif kien propost minn xi Clubs. It-temperatura f’Malta speċjalment f’Lulju u Awwissu kemm il-darba taqbeż it-32 grad anke filgħaxija.

Gouttebarge wera l-preokupazzjoni tiegħu għal fatt li wara li kull team lagħab tliet logħbiet minn mindu kompliet il-Bundesliga ġew irraportati xejn inqas minn 30 injury.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira fi Spanja llum għaliex illejla jista’ jkun hemm tim rebbieħ f’La Liga. Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem l-istaġun Real Madrid jinsabu b’4 punti distakk minn Barcelona u…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 3   Juventus 3 Sassuolo żammew draw lil Juventus f’darhom biex b’hekk it-tim ta’ La Vecchia Signora għandu distakk ta’ 7 punti fil-quċċata tal-klassifika, vantaġġ pjuttost komdu meta fadal ħames…

Futbol internazzjonali

Arsenal 2   Liverpool 1 Fl-Emirates Stadium Arsenal ħarġu rebbieħa fuq iċ-champions Liverpool bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk ir-Reds ma jistgħux jilħqu r-rekord li kienu waqqfu Manchester City, dak li jilħqu…

Futbol internazzjonali

Fl-Italja, l-President ta’ Lazio, Claudio Lotito, qal li f’dawn il-jiem kien qed jikkunsidra sabiex jibgħat lill-players tiegħu għal irtir twil wara r-riżultati negattivi li kellu t-team fis-Serie A Lazio tilfu…

Aktar