Futbol internazzjonali
Il-finali tal-Kampjonat UEFA Under 17 tan-Nisa diretta fuq TVM2 fis-13:00
Olanda - Ġermanja fil-finali

Il-finali tal-lum tal-Kampjonat tal-UEFA għat-tfajliet taħt is-17-il sena bejn l-Olanda u l-Ġermanja se tixxandar diretta fuq TVM2 fis-1 ta’ wara nofsinhar.

Tmien timjiet għaddew għall-fażi finali li qed tintlagħab fil-Bulgarija. It-timijiet kienu maqsuma f’żewġ gruppi: bl-ewwel tnejn klassifikati jikkwalifikaw għas-semifinali. L-Olanda għelbu lir-rebbieħa ta’ Grupp A Spanja 3-1: waqt li r-rebbieħa ta’ Grupp B l-Ġermanja rebħu 2-0 mal-Portugall.

Meta ltaqgħu fi Grupp B, kienu l-Olandiżi li ħarġu rebbieħa 3-2 fuq il-Ġermanja li eventwalment rebħu l-grupp b’differenza ta’ goals aħjar minkejja punti ndaqs.

Il-finali tal-lum se tintlagħab fil-belt Bulgara ta’ Albena fuq il-Baħar l-Iswed u se tkun ikkontrollata mir-referee Rumena Iuliana Demetrescu.

Din hija t-tnax-il edizzjoni tal-UEFA Women’s Under 17 Championship. Il-Ġermanja għandhom rekord ta’ sitt suċċessi, warajhom il-holders Spanja b’erbgħa. Il-Polonja rebħu l-edizzjoni l-oħra.

Nhar il-Ħadd li ġej fuq TVM2 wkoll fl-10 ta’ filgħaxija se tintwera l-finali tal-Kampjonat U17 tal-UEFA għall-iġiel bejn l-Olanda u l-Italja.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Kroazja 3 Ingilterra 3 Il-Kroazja u l-Ingilterra temmew l-impenji tagħhom fi Grupp Ċ bi draw f’logħba movimentata u t-tnejn li huma spiċċaw ħadu punt wieħed biss f’dan il-grupp….

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ċili 0 Urugwaj 1 L-Urugwaj rebħu Grupp Ċ meta fl-aħħar logħba għelbu liċ-Ċili bl-iskor ta’ 1-0. L-Urugwajani damu jistennew sat-82 minuta biex fetħu l-iskor meta Cavani sab ix-xibka,…

Futbol internazzjonali

Spanja 1 Stati Uniti 2 L-Istati Uniti għaddew mal-aħħar tmienja meta fir-Round tas-16 għelbu lil Spanja bl-iskor ta’ 2-1. L-Amerikani marru minn fuq wara 7 minuti mill-penalty ta’ Rapinoe. L-Ispanjoli…

Futbol internazzjonali

GRUPP B Awstrija 1 Ġermanja 1 Il-Ġermanja għaddew minn Grupp B meta spiċċaw l-ewwel bi draw kontra l-Awstrija bl-iskor ta’ 1-1. Kien Waldschmidt li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, b’Danso jagħmel…

Aktar