Olimpjadi tax-Xitwa - BEIJING 2022
Il-Fjamma Olimpika tasal iċ-Ċina

Iċ-Ċina qabbdet il-fjamma olimpika l-Erbgħa filgħodu wara li din waslet minn Ateni fis-sigħat li għaddew. Il-fjamma olimpika tqabbdet fil-kapitali Beijing, fl-istess belt fejn ser isiru l-Olimpjadi tax-Xitwa 2022.

Kien il-Kap tal-Partit Komunista ta’ Beijing li qabbad il-kaldarun minn fjamma li twasslet minn Ateni. Il-fjamma twasslet f’lanterna ħamra ddiżinjata fuq qabar tad-dinastija ta’ Han.

Il-Fjamma Olimpika qiegħda tiġi esebita għall-pubbliku fil-Park Olimpiku ta’ Beijing.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA