Futbol lokali
Il-Floriana f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Żaren Alamango

Tħabbret il-mewt tal-eks player internazzjonali u eks player ta’ Floriana  Żaren Alamango.

F’karriera li tisboq 14-il staġun ma’ Floriana FC, Alamango lagħab 154 logħba kompetittiva għal Floriana u skorja 27 gowl. Matul dan il-perjodu rebaħ tliet kampjonati, tliet FA Trophies u żewġ midalji tal-Cassar Cup mal-Greens.

Alamango ġej minn familja tal-football, iben il-leġġendarju Ġużeppi Alamango, ħu l-goalkeeper Salvu u kuġin tal-goalkeeper l-ieħor Ġużi u ħuh Johnnie.

Żaren Alamango beda jilgaħb il-football kmieni fil-ħamsinijiet tas-seklu li għadda ma’ Floriana Colts u Floriana Minors. Fil-21 ta’ Novembru, 1954, ingħata ċ-ċans li jilgħab mal-ewwel tim f’logħba tal-kampjonat kontra Hibernians. Kien debutt feliċi għalih għax Floriana rebħu 6-0 u ż-żagħżugħ Alamango, bil-flokk Nru 9, skorja wieħed mill-gowls.

Il-karriera ta’ Żaren Alamango kompliet sal-1969 għalkemm kien hemm perjodi fejn minħabba impenji mal-Armata Ingliża fil-Ġermanja ovvjament kellu jieqaf jilgħab ma’ Floriana.

Alamango lagħab ukoll mat-tim nazzjonali u kien ukoll plejer tal-hockey ta’ kalibru mhux żgħir fejn lagħab kemm mal-Fsobians kif ukoll mal-Floriana Irish Born fil-Kampjonat Nazzjonali tal-hockey. Zaren kellu 83 sena. TVM Sport jagħti l-kondoljanzi lill-Familja Alamango.

Fir-Ritratt, Żaren jidher qed jirċievi tifkira mill-President attwali ta’ Floriana FC Riccardo Gaucci ftit taż-żmien ilu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Futbol lokali

Roderick Briffa, il-midfielder nazzjonali Malti ta’ 37 sena, se jerġa’ jsir plejer ta’ Birkirkara fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin. TVM Sport jista’ jikkonferma li Briffa laħaq ftehim ma’ Birkirkara FC…

Aktar