Regatta
Il-flotta tal-BOV Gozo Regatta bi sfida mat-Temp

Il-flotta ta’ dgħajjes li se jkunu qed jieħdu sehem fil-BOV Gozo Regatta ta’ din is-sena, se jkunu qed jitħabtu ma’ rjiħat qawwija u mewġ qawwi waqt dan l-avveniment annwali ta’ 3 ijiem organizzat mir-Royal Malta Yacht Club bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru 2019.

Id-dgħajjes se jitilqu mill-Port il-Kbir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru u jtellqu sal-port tal-Imġarr f’Għawdex f’dak li huwa mistenni li jkun passaġġ veloċi ħafna minħabba r-riħ qawwi previst. Is-Sibt se tara l-flotta tikkompeti f’għadd ta’ tiġrijiet tul il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Għawdex u mbagħad tiġrija lura minn Għawdex għal Malta nhar il-Ħadd.

Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet Elusive II, li reċentement kienu wkoll ir-rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race se jaraw kompetizzjoni iebsa mill-bqija tal-flotta għat-trofew ta’ din it-tellieqa.

Il-kaptani tad-dgħajjes ltaqgħu għall-briefing tat-tellieqa u ġew indirizzati mill-Commodore tal-RMYC Godwin Zammit, id-direttur tat-tellieqa Peter Dimech u ċ-Chief Officer tal-Bank of Valletta Horace Laudi.

‘Il-kundizzjonijiet prevalenti se jkunu ta’ prova għal ħila tal-kaptani u l-ekwipaġġi tagħhom u se jenfasizzaw l-iktar timijiet koeżivi fil-flotta’ qal il-Commodore RMYC. ‘Se nkomplu nissorveljaw il-kundizzjonijiet matul it-tellieqa biex niżguraw is-sigurtà ta’ l-ekwipaġġi kollha u nawguraw xorti tajba lill kull parteċipant.’

“Bħala sostenitur ewlieni ta’ inizjattivi sportivi f’Malta u Għawdex, il-Bank of Valletta huwa kuntent li jerġa’ jappoġġja l-BOV Gozo Regatta u l-komunità lokali tal-yachting” qal Stefan Abela. ‘Id-determinazzjoni u l-kuraġġ ta’ dawn l-ekwipaġġi li ħerqana li jtellgħu minkejja l-kundizzjonijiet iebsa huma xhieda tar-reżiljenza ta’ pajjiżna kontra d-diversità u nistennew bil-ħerqa li nerġgħu niltaqgħu mar-rebbieħa u l-parteċipanti kollha waqt iċ-ċerimonja li tagħti l-premju wara t-tiġrijiet.’

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Il-Mapfre Middlesea Euromed International Championships ingħataw bidu llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Organizzati mill-Malta Young Sailors Club u sponsorjata minn Yachting Malta, ir-regatta laqgħet 230 baħħara li kkompetu fil-Klassijiet tal-Optimist u tal-Laser….

Regatta

Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt. Huma rebħu…

Regatta

Bħal-lum ġimgħa festa publika fil-gżejjer Maltin fejn nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru tkun iċċelebrata l-Festa tal-Vitorja bl-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor torganizza edizzjoni oħra tar-Regatta. B’kollox din is-sena se…

Aktar