Futbol lokali
Il-football lokali kollu sospiż b’mod indefinit
L-ebda data għal meta jista' jitkompla

L-MFA issospendiet il-football kollu f’Malta u Għawdex b’mod indefinit.

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-bureau tal-assoċjazzjoni li ddiskuta s-sitwazzjoni attwali tal-coronavirus f’telekonferenza bejn il-membri tiegħu llum. Id-deċiżjoni tgħodd anke għall-futsal.

L-attivitajiet kollha tal-football u l-futsal qabel kienu sospiżi sal-5 t’April iżda dan l-iżvilupp ifisser li kollox se jibqa’ wieqaf, mingħajr data meta jista’ jkompli.

Linji gwida dwar l-għażliet differenti possibbli f’dan ix-xenarju mistennija jingħataw mill-UEFA f’video-conference għas-segretarji ġenerali tal-55 assoċjazzjoni membu nhar l-Erbgħa li ġej: meta għandu jiġi diskuss il-progress fiż-żewġ working groups maħtura mill-UEFA dwar il-futur tal-kampjonati domestiċi u l-kompetizzjonijiet Ewropej.

Nhar l-Erbgħa wkoll l-MFA se tlaqqa’ l-Kumitat tad-Djalogu Soċjali f’telekonferenza oħra biex taġġorna lill-membri dwar is-sitwazzjoni fid-dawl tal-impatt negattiv li qed tħalli l-kriżi coronavirus fil-qasam tal-football.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Steve Borg, id-difensur tat-tim nazzjonali Malti u l-plejer li għal dawn l-aħħar snin mexxa d-difiża ta’ Valletta FC, fis-sigħat li ġejjin se jsir plejer ta’ Gżira United FC. Borg hu…

Futbol lokali

Sitt klabbs tal-kampjonat BOV Premier ingħataw il-liċenzja tal-UEFA li biha jistgħu jikkompetu fl-istaġun li ġej. Dawn il-klabbs huma Balzan, Floriana, Gżira United, Hibernians, Sirens u Valletta. Dawn il-liċenzji ngħataw wara…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association, fi stqarrija, uriet solidarjetà mal-gowlkiper nazzjonali Rashed Al-Tumi li fl-aħħar sigħat sofra minn kummenti ta’ razziżmu fuq il-media soċjali. L-MFA qalet li l-kummenti li nkitbu saru minn…

Futbol lokali

L-ex plejer internazzjonali Malti Andre’ Schembri nħatar kowċ tat-tim ta’ taħt il-15-il sena ta’ Apollon Limassol. Apollon Limassol hu t-tim li Schembri lagħab miegħu bħala plejer professjonali f’Ċipru bejn l-2017…

Aktar