Futbol lokali
“Il-futbol f’Malta jista’ jkompli b’mod normali” – il-Prim Ministru Robert Abela

Il-kampjonati tal-futbol f’Malta u partiti oħra li jaqgħu taħt il-kappa tal-Malta Football Association se jintlagħbu u jibqgħu sejrin b’mod normali, skont il-kalendarju skjedat tal-Assoċjazzjoni.

Din l-aħbar ikkonfermaha l-Prim Ministru Robert Abela meta fl-aħħar mistoqsija ta’ konferenza tal-aħbarijiet li ta iktar kmieni llum dwar l-aħħar dettalji tal-coronavirus f’pajjiżna, ġie mistoqsi dwar dan.

Kienu ħafna dawk dilettanti tal-futbol Malti, speċjalment il-plejers u uffiċjali tal-klabbs, u anki amministraturi ta’ sport ieħor, li kienu mħassba dwar jekk il-Gvern hux se jkun qed iwaqqaf xi attivitajiet sportivi, speċjalment il-futbol.

F’diversi pajjiżi oħra fl-Ewropa, inkluż l-Italja, l-aktar pajjiż viċin ta’ Malta, il-Gvern ordna lill-Assoċjazzjonijiet biex immeddjatament iwaqqfu l-attivitajiet sportivi tal-massa.

Il-Prim Ministru ġie mistoqsi jekk hux se jkun qed iwaqqaf jew jieħu xi prekawzjoni fil-konfront tal-futbol f’pajjiżna, kif qed isir f’diversi pajjiżi oħra fil-preżent.

“Ninsab infurmat li normalment, ma jkunx hemm aktar minn 2,000 persuna fl-istadiums isegwu l-partiti. Għaldaqstant, il-futbol jista’ jkompli b’mod normali,” qal il-Prim Ministru.

Robert Abela qal li kull miżura li se jkun qed jieħu l-Gvern Malti se tkun dejjem għal ġid tas-saħħa tal-poplu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar