Futbol internazzjonali
Il-futbol Spanjol se jibda ġurnata qabel bit-tieni taqsima ta’ partita li ġiet abbandunata

Il-futbol Spanjol se jkun qed jibda ġurnata qabel mill-ġurnata pjanata tal-11 ta’ Ġunju minħabba l-partita mit-Tieni Diviżjoni bejn Rayo Vallecano u Albacete li kienet ġiet abbandunata.

Il-partita kienet ġiet abbandunata fil-ħin tal-mistrieħ minħabba għajjat razzist fil-konfront tal-plejer ta’ Albacete Roman Zozulya li kien qed jiġi mgħajjar ‘nazzist’.

Il-partita se titkompla fl-10 ta’ Ġiunju.

Ir-riżultat kien ta’ draw ta’ mingħajr gowls.

L-attakkant Ukren Zozulya kien ingħaqad ma’ Rayo Vallecano fl-2017 iżda t-transfer kellu jitħassar minħabba protesti kbar mill-partitarji li m’aċċettawx lill-plejer jilgħab mat-tim tagħhom.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Aktar