Futsal
Il-futsal se jingħata siġġu fl-eżekuttiv tal-MFA

Bħala parti mir-riforma li qed ssir fl-Istatut tal- Malta Football Association, il-Futsal mistenni jingħata siġġu fil-kumitat eżekuttiv u riżultat ta’ hekk dan l-isport ser jkun elevat biex issa jibda jsemma leħnu mal-mejda fejn jittieħdu id-deċiżjonijiet.

Dan tħabbar mill-Viċi-President tal-MFA Matt Paris waqt konferenza tal-aħbarijiet hekk kif ninsabu fuq l-għatba ta’ ġimgħa kruċjali għal logħba tal-futsal f’pajjiżna li tinkludi fost oħrajn is-semi-finali bejn Swieqi United u Valletta tul il-ġurnata tal-Erbgħa. Dottor Paris fisser li irrispettivament minn min jgħolli t-tazza fl-aħħar ta din il-ġimgħa, t-timijiet kollha tal-futsal għandhom jkunu mfaħħra għal perseveranza u għal mod professjonali kif qed jgħinu biex jkun żviluppat talent ġdid f’dan il-qasam.

Il-Viċi-President tal-MFA faħħar il-ħemel xogħol li sar biex il-futsal f’pajjiżna għamel passi ta’ ġgant fl-aħħar għaxar snin. Ssokta jgħid li llum il-futsal jinsab fuq pedamenti sodi u jikkumpara tajjeb ħafna ma sports ieħor li jintlagħab fuq ġewwa f’pajjiżna. L-Assoċjazzjoni tal-Futsal nehdiet wkoll it-tim nazzjonali ta’taħt is-sittax il-sena biex tippromwovi bl-aħjar mod it-talent żagħżugħ f’dan l-isport.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.